Il-ġnien li hemm biswit iċ-Ċentru Ċiviku u l-Kunsill Lokali tas-Swieqi se jkun qiegħed jissemma għal Monsinjur Dun Victor Grech.
Dan tħabbar fuq ix-Xandir Nazzjonali mis-Sindku tal-Lokalità Noel Muscat hekk kif spjega li bi proposta xprunata minnu u maqbula fost il-Kunsilliera kollha, dan il-ġnien se jkun qiegħed jiġi msemmi għal fundatur ta’ Caritas Malta li miet nhar il-5 ta’ Frar.
Ma’ Net News huwa spjega li diġà għaddejjin taħdidiet sabiex dan il-ġnien imsemmi għad-unur Dun Victor Grech ikun mgħammar ukoll b’bust tiegħu.
Noel Muscat saħaq li Dun Victor kien jitkellem mar-residenti regolarment, b’kuntatt kontinwu u dejjem b’xi parir siewi.
Dun Victor Grech kien residenti fil-lokalità u kien ilu snin twal iqaddes fil-Knisja tal-Ibraġ.
//= $special ?>