Kien tmiem mimli emozzjonijiet fl-aħħar serata ta’ Sanremo, hekk kif il-kantant Olly rebaħ dan il-festival bil-kanzunetta ‘Balorda Nostalgia’.
Iżda l-finali ma kinitx nieqsa mill-kontroversji, hekk kif Giorgia u Achille Lauro m’għamluhiex mal-aqwa ħamsa. Biex b’hekk, dan it-titlu prestiġjuż mar għall-kantant ta’ 23 sena minn Genoa.
Olly stess iddeskriva dan it-trijonf bħala xi ħaġa li “lanqas titwemmen”. Hu sellem lil ommu u lil missieru, filwaqt li esprima s-sodisfazzjon personali tiegħu għar-rebħ ta’ Sanremo.
Dan iż-żagħżugħ ilu sentejn sħaħ jikseb suċċess fuq il-pjattaformi soċjali, u għandu passjoni kbira mhux biss lejn il-mużika iżda anke għar-rugby.
Din is-sena, il-festival ġibed lejh rekord ta’ udjenzi. U ħafna faħħru l-organizzazzjoni mill-aqwa u d-direzzjoni ta’ Carlo Conti.
Fis-serata finali ġie premjat ukoll Antonello Venditti, għall-karriera twila tiegħu u s-suċċessi li kiseb tul is-snin.
//= $special ?>