Sport Sport Ieħor

Jingħata bidu għal kampjonat MRTL

Tmiem tal-ghaxar tigrija mirbuha bi ftit minn Miracle of Heaven quddiem Calogero RG (Ritratt: Mike Orland)

Minn Kenneth Vella

Meta l-Ħadd waranofsinhar fil-korsa tal-Marsa saret ir-raba’ laqgħa tas-sena, ingħata bidu għal kompetizzjoni oħra, dik MRTL għal żwiemel tal-klassi Bronze. Dan permezz ta’ sitt heats fuq distanza qasira ta’ 2,140m. Mill-heats tal-klassi Bronze 24 żiemel għamluha għas-semifinali.

Fl-ewwel heat, l-Iżvediż Professor (Jason Vassallo) kien il-ħin kollu quddiem u rebaħ faċilment b’tul u nofs minn Power Tooma (Cherise Farrugia) u Idillico Sarr (Joseph Scerri). Express Novo (Ian Galea) temm fir-raba’ post.

Simili kienet it-tieni heat mill-istess kompetizzjoni b’My Love M.L. (Mario Farrugia) jiddomina tul id-distanza u jtemm rebbieħ bla tbatija minn Oh Ah Kennedy (Dylan Baldacchino). Figaro Du Fan (Noel Baldacchino) u Ikarus Fligny (Rodney Gatt) daħlu warajhom f’dik l-ordni.

Id-debuttanta Franċiża Java D’Urzy (Paul Galea) ħadet l-ewwel rebħa f’pajjiżna fit-tielet heat tal-klassi Bronze. Din żiedet fil-ġiri fid-dritta finali biex temmet rebbieħa minn żiemel ġdid ieħor Franċiż Gone De Sofia (Ramon Briffa) u Jolie Jide (Andrew Farrugia). Cuenca (Carmelo Farrugia) għadda wkoll għall-fażi li jmiss.   

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Rose Lloyd (D. Farrugia) Ħin – 2.50.2” (1.19.5”) 2. Idoline (R. Gatt) 3. Imperial Choice (M. Falzon) 4. Drole De Destin (Sh. Gauci)

II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. Ginko De La Vallee (P. Galea) Ħin – 2.45.2” (1.17.2”) 2. Boston Wise L (I. Stivala) 3. Darling Atout (R. Gatt) 4. Diamant Du Sam (F. Mallia)

III Tiġrija. Heat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1.  Professor (J. Vassallo) Ħin – 2.43.7” (1.16.5”) 2. Power Tooma (Cherise Farrugia) 3. Idillico Sarr (J. Scerri) 4. Express Novo (I. Galea)

IV Tiġrija. Heat MRTL Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. My Love M.L. (M. Farrugia) Ħin – 2.48.9” (1.18.9”) 2. Oh Ah Kennedy (D. Baldacchino) 3. Figaro Du Fan (N. Baldacchino) 4. Ikarus Fligny (R. Gatt)

V Tiġrija. Heat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Java D’Urzy (P. Galea) Ħin – 2.48.1” (1.18.6”) 2. Gone De Sofia (R. Briffa) 3. Jolie Jide (A. Farrugia) 4. Cuenca (C. Farrugia)

VI Tiġrija. Heat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Diablo De Forgan (R. Gatt) Ħin –  2.49.7” (1.19.3”) 2. Hay Pepito (Ch. Camilleri) 3. Dario Del Brenta (J. Spiteri) 4. Iriac Du Passage (E. Attard)

VII Tiġrija. Heat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Ermes Jet (N. Baldacchino) Ħin – 2.49” (1.19”) 2. My Golden Eye (D. Farrugia) 3. Islandais (R. Gatt) 4. Emissoro (R. Schembri)

VIII Tiġrija. Heat MRTL. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Caline De Mai Capo (R. Gatt) Ħin – 2.49” (1.19.1”) 2. Iniesta Sport (Cherise Farrugia) 3. Halex Dark (C. Vassallo) 4. Ideal Pierji (J. Gafa’)

IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Invincible De Bry (C. Camilleri) Ħin – 2.47.6” (1.18.3”) 2. Derby Chevaleraie (Cherise Farrugia) 3. Raj’s Oh Lord (C. Galea) 4. Zidane D.E. (Ch. Grech)

X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Miracle of Heaven (R. Gatt) Ħin – 2.48.9” (1.18.9”) 2. Calogero RG (M. Debono) 3. Honneur d’Isques (M. Mizzi) 4. Vasterbo Cobber (Ch. Camilleri)

XI -il Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Forrest Beji (J. Gafa’) Ħin – 2.51.7” (1.20.3”) 2. Haquitin (R. Gatt) 3. Dats Trixi (J. C. Pace) 4. Emelie E (D. Baldacchino)