Futbol Sport

Juventus jirbħu d-derby d’Italia b’gowl ta’ Conceição

(Ritratt: EPA)

Juventus rebħu l-iktar partita mistennija tal-ġimgħa kontra Inter permezz ta’ gowl uniku ta’ Francisco Conceição fl-74 minuta b’xutt baxx fir-rokna t’isfel tax-xellug minn bravura ta’ Kolo Muani.

Como komplew il-mixja lejn is-savazzjoni hekk kif għelbu lil Fiorentina f’rebħa sorprendenti għall-aħħar, bl-iskor komdu ta’ 2-0

Assane Diao kompla juri kemm hu akkwist kruċjali għat-tim ta’ Cesc Fabregas meta fetaħ l-iskor fil-41 minuta minn pass twil ta’ Caqueret. L-istilla Nico Paz irdoppja l-iskor għal Como fis-66 minuta.

Jurgen Ekkelenkamp fiċ-ċentru tar-rebħa ta’ Udinese kontra Empoli, hekk kif skorja dopjetta personali fir-rebħa ta’ 3-0. Tliet gowls fl-aħħar żewġ logħbiet għad-Daniż.

Ekkelenkamp sab ix-xibka wara 18-il minuta għall-ewwe gowl, bid-Daniż jagħmilhom 2-0 fis-66 minuta.
Floriana Thauvin ikkonferma r-rebħa fid-90 minuta.

Il-partita bejn Monza u Lecce ntemmet fi draw ta’ bla gowls

Roma kisbu tliet punti importanti minn partita kumplikata hekk kif għelbu lil Parma bl-iskor minimu ta’ 1-0.

Ir-rebħa tal-Giallorossi kienet possibli anke minħabba l-karta ħamra diretta mogħtija lil Leoni ta’ Parma fil-31 minuta, li mill-foul ingħata freekick, li nkariga ruħu l-Eks Juventus Matias Soule li bi preċiżjoni sab ix-xibka minn ftit metri ‘l barra mill-kaxxa ‘l kbira.