Liverpool irritornaw għar-rebħ hekk kif għebu lil Wolves 2-1. Minkejja li kellhom vantaġġ komdu ta’ żewġ gowls fl-ewwel taqsima, Wolves irnexxilehom jiskorjaw wieħed fit-tieni taqsima u jitfgħu l-pressjoni fuq ir-Reds.
Luis Diaz fetaħ l-iskor wara kwarta logħob qabel Mohammed Salah isib ix-xibka għal logħba oħra din id-darba minn penalty fis-37 minuta.
Mattheus Cunha naqqas l-iskor għal Wolves fis-67 minuta, iżda Liverpool irnexxielhom jevitaw ir-rimonta ta’ Wolves u kisbu tliet punti importanti.
Tottenham Hotspur kisbu tliet punti importanti kontra r-Red Devils meta għelbuhom bl-iskor minimu ta’ 1-0.
Il-gowl tar-rebħa għal Spurs wasal wara 13-il minuta logħob minn James Maddison
//= $special ?>