Negozjant ta’ 33 sena minn San Pawl il-Baħar li ismu mhux qed jixxandar biex ma tinkixifx l-identità ta’ ommu, baqa’ miżmum taħt l-arrest wara li kien akkużat li fil-Qorti, quddiem il-Maġistrat Abigail Critien, qal li ħalla lill-ommu anzjana f’banju mimli ilma kiesaħ għal 14-il siegħa.
Fil-Qorti l-prosekuzzjoni spjegat kif, wara argument m’ommu, ir-raġel beda jagħtiha b’ħadida, rabatha, tefagħha f’banju mimli ilma kiesaħ, għalqilha ħalqha bit-tape u ħalliha hemm għal madwar 14-il siegħa.
Hu wieġeb mhux ħati.
Id-difiża rreferiet għall-kundizzjoni li jbati minnha r-raġel u kif l-inċident seħħ meta ommu marret tkellmu fil-5am. Wara dan talbet għall-ħelsien mill-arrest.
Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba li l-akkużat jgħixu fl-istess blokka ta’ appartamenti fejn tgħix ommu, fost oħrajn.
Għalhekk, il-Maġistrat Critien ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.
//= $special ?>