Sport Sport Ieħor

Swieqi Phoenix Nium jirbħu lil Birkirkara fil-logħba ta’ tmiem il-ġimgħa

Swieqi għelbu lil Birkirkara

Fi tmiem il-ġimgħa fil-kumpless sportiv tal-Kottonera saret logħba waħda biss mill-kampjonat Super League organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball. Hawnhekk, iċ-champions Swieqi Phoenix Nium, immexxija minn Leonard Zammit Munro, rebħu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 3-0. Swieqi ddominaw dawn is-sets u rebħuhom bl-iskor ta’ 25-8, 25-11 u 25-13. 

Fl-uniku logħba mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni li saret is-Sibt, il-leaders Paola Executive Security, immexxija minn Michael Magro u assistit minn Antonio Borg, ukoll rebħu lil Depiro 3-0. Madankollu ta’ min wieħed ifaħħar lit-tim żgħażugħ ta’ Depiro, immexxija minn Charles Gauci li taw sfida denja lit-tim ta’ Raħal Ġdid u tilfu t-tliet sets bl-iskor ta’ 25-15, 25-23 u 25-11.  

Ir-riżultati kollha

U19

Paola Yes 2 Health Fitness Club vs BKVC Vixens  3-1

L-Ewwel Diviżjoni

Paola Executive Security vs Depiro   3-0

U17

Flyers vs Depiro Gold  3-1

Swieqi Block and Roll vs Falcons   3-0

Swieqi Ninjas vs BKVC Thunder Spikes   0-3

Depiro Blue vs Paola Maypole  3-0

Super League 

Birkirkara Vc vs Swieqi Phoenix NIUM  0-3

Fl-unika partita mill-ewwel Diviżjoni, Paola Executive Security għelbu lil Depiro 3-0