Raġel ta’ 29 sena ġie mmultat €150 wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li fit-12 ta’ Frar huwa ta daqqa ta’ ħarta lill-eks sieħba tiegħu u kkaġunalha ferita ħafifa. L-Ispettur Omar Zammit li ressaq lir-raġel, qal lill-Qorti li l-mara qaltlu wkoll li li fit-28 ta’ Jannar ta’ sentejn ilu, ir-raġel kien ta daqqa oħra meta mar għal binthom u ntilfet minn sensiha.
L-Ispettur qal li dakinhar l-allegata vittma ma kinitx għamlet rapport mal-Pulizija iżda issa riedet tmexxi fuq dan ukoll. It-tobba kienu ċċertifikaw li fiż-żewġ każijiet it-tobba kklassifikati bħala ħfief. Zammit qal ukoll li r-risk assesment irriżulta kemxejn għoli.
Minbarra l-multa l-Qorti poġġietu taħt ordni ta’ trażżin għall-perjodu ta’ trażżin filwaqt li ordnat li l-isem tal-vittma ma jixxandarx u għalhekk mhux qed jixxandar ukoll isem l-akkużat għax inkella wieħed jista’ jasal għall-vittma.
Għar-raġel deher l-Avukat Mark Muscat.
//= $special ?>