Il-Kunsill Lokali tal-Floriana approva l-pjan għar-riġenerazzjoni tal-Floriana mressaq mil-Viċi Sindku James Aaron Ellul.

Dan id-dokument fih il-pjan ta’ rigenereazzjoni li kien imsemmi fil-programm elettorali. U issa, ġie approvat mill-kunsilliera l-oħra kollha – inkluż dak indipendenti.
Net News tkellem mal-Viċi Sindku li spjegalna li dan id-dokument kien ispirat minn eżempji internazzjonali fosthom Bilbao fi Spanja, Portland fl-Istati Uniti u Melbourne fl-Awstralja.
Dan id-dokument joffri strateġija biex jinċentiva x-xiri tal-propjetà fil-Floriana; fosthom inċentivi finanzjarji permezz ta’ sussidji fuq xiri ta’ proprjeta, promozzjoni ta’ valur storiku u kulturali, u żvilupp ta’ faċilitajiet u servizzi.
Dan id-dokument jagħmel referenza wkoll għar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir permezz ta’ ħolqien ta’ spazji rikreattivi u kummerċjali, integrazzjoni bejn il-Port il-Kbir u Floriana u rigenerazzjoni tal-lokalitajiet madwar il-port.
//= $special ?>