It-thriller ‘Conclave’ bbażat fuq l-għażla ta’ Papa ġdid, rebaħ l-unur bħala l-aqwa film tas-sena. Dan hekk kif ilbieraħ ingħataw il-BAFTAs, li huma dawk l-unuri li jippremjaw mill-Akkademja Britannika tal-Films u t-Televiżjoni.
B’kollox, ‘Conclave’ rebaħ erba’ awards li kienu jinkludu unuri għall-aqwa editing u l-aqwa screenplay.
Fis-serata tal-Ħadd, anke ‘The Brutalist’ ingħata erba’ unuri, inkluż dak li rebaħ Adrien Brody bħala l-aqwa attur. Dan kien l-ewwel BAFTA għall-attur ta’ 51 sena.
L-awards l-oħra fejn jidħol reċtar marru għand Mikey Madison, Kieran Culkin u Zoe Saldana.
U forsi l-akbar diżappunt kien għall-film ‘The Substance’ li rebaħ biss l-unur għall-aqwa makeup. Bl-attriċi veterana Demi Moore tibqa’ b’xejn – l-istess kif ġralu l-film ‘A Complete Unknown’, li minkejja s-sitt nominazzjonijiet ma rebaħ ebda award.
//= $special ?>