Wara r-rebħ ta’ Sanremo, il-kantant Olly għadu ma ddeċidiex jekk hux se jkun qed jirrappreżenta lil pajjiżu fil-Eurovision ta’ din is-sena. Dan hekk kif għandu ġimgħa ċans biex jikkonferma jekk hux se jkun hu li jkanta f’Basel f’isem l-Italja.
Mal-ġurnalisti, il-kantant żagħżugħ stqarr li għandu bżonn ftit taż-żmien – bil-midja Taljana tirrapporta li l-Eurovision se jaħbat eżatt ma’ xi dati li għandu diġà kkonfermati għat-tour tiegħu.
Skont ir-Rai, jekk Olly jirrifjuta, ikun it-tieni klassifikat li jmur il-Eurovision. U allura, dan ifisser li din l-opportunità tmur għand Lucio Corsi.
Din is-sitwazzjoni diġà ġrat fl-2016, hekk kif għall-Eurovision kienet marret Francesca Michielin tirrappreżenta l-Italja – meta f’Sanremo kienet ġiet ikklassifikata fit-tieni post.
//= $special ?>