Is-sensiela ta’ avvenimenti taħt il-Programm ta’ Customer Outreach tal-Bank of Valletta se tasal fit-tmiem bl-aħħar appuntament huwa għall-Knisja Parrokkjali tas-Sacro Cuor, f’Tas-Sliema nhar it-Tnejn, 24 ta’ Frar 2025. L-avveniment se jinkludi kunċert minn kwartett tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta (MPO) u t-tnedija ta’ proġett ambizzjuż ta’ restawr intiż biex jissalvagwardja parti mill-wirt artistiku ta’ Malta.
L-impenn tal-BOV għall-ħarsien kulturali jingħata prominenza bit-tnedija uffiċjali tar-restawr tat-Trijonf tal-Immakulata Kunċizzjoni, kapolavur tas-seklu 19 ta’ Giuseppe Calì li jinsab fil-Knisja Parrokkjali tas-Sacro Cuor, f’Tas-Sliema. Dan il-proġett sinifikanti se jkun immexxi minn PrevArti taħt il-gwida tal-konservatur Pierre Bugeja, bil-għan li dan ix-xogħol tal-arti jiġi kkonservat kif xieraq għall-ġenerazzjonijiet futuri.
L-avveniment ta’ Tas-Sliema se jkun ċelebrazzjoni ta’ kultura, mużika u restawr, ġieħ xieraq lejn
il-legat ta’ eċċellenza, sostenibbiltà u rabta mal-komunità tal-BOV. Il-pubbliku huwa mistieden
jattendi u l-avveniment huwa bla ħlas.