Rebekah Borg, PN
Ix-Shadow Minister għat-Tibdil fil-Klima u l-Indafa Pubblika, Rebekah Borg, qalet fil-Parlament li l-Gvern Laburista jrid jikkontrolla kollox biex ma toħroġx il-verità dwar il-korruzzjoni.
Rebekah Borg qalet li Gvern Nazzjonalista se jsolvi l-problemi tan-nies u javvanza l-pajjiż. Hi sostniet li l-Gvern Laburista hu biss prekoppat biex isalva ġildu u kompliet li Gvern Laburista qed jagħti kas lilu biss. Għal dawn l-iskopijiet, il-gvern għaġġel biex daħħal din il-liġi waqt li hemm liġijiet oħra fl-ambjent, fl-estetika, l-impjanti tal-asfalt u fl-ippjanat li ilhom pendenti s-snin. Iżda għall-gvern dawn mhumiex prijorità, sostniet Rebekah Borg, li enfasizzat li din hi sitwazzjoni perikoluża.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li din liġi li tista’ tkun ta’ preċedent għal-liġijiet oħra li jista’ jdaħħal il-gvern. L-intenzjoni tal-gvern hi li l-korruzzjoni tibqa’ għaddejja b’liġi perikoluża. Kieku ma nfetħux l-inkjesti ma kinitx tinkixef il-korruzzjoni u proprju għalhekk il-gvern irid li tkun diffiċli għaċ-ċittadin biex jiftaħ inkjesta.
Rebekah Borg semmiet l-iskandlu tal-isptarijiet u tal-Electrogas bħala każi li nqabdu permezz ta’ inkjesti maġisterjali. Hi kompliet li se jkun impossibbli li ċ-ċittadin jiftaħ inkjesta għaliex iċ-ċittadin irid jippreżenta biżżejjed evidenza biex tinfetaħ inkjesta. Il-gvern għandu bżonn jikkontrolla l-ġudikatura billi jżomm kontroll totali.
Dan fiwlaqt li l-gvern irid iwaqqaf l-inkjesti li huma miftuħin u ilhom għaddejjin. Il-ġudikatura għandha titħalla indipendenti. Mhux veru li l-Kummissjoni Venezja rrakkomandat din l-liġi li qed jipproponi l-gvern anzi dejjem insistiet li l-ġudikatura għandha tkun indipendenti.
Il-gvern kellu jgħaddi liġijiet li huma verament fl-interess nazzjonali u taċ-ċittadini bħalma huma r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
//= $special ?>