Internazzjonali

Il-Papa Franġisku: Kumplikazzjonijiet mediċi… iżda jinsab f’kundizzjoni stabbli

Il-kelliema għall-Vatikan, fl-aħħar sigħat, ħarġu stqarrija li l-Papa Franġisku se jkollu jibqa’ l-isptar għaż-żmien kollu neċessarju minħabba li hu qed ikun trattat għal ‘sitwazzjoni klinika kkumplikata’.

Il-Papa, li għandu 86 sena u li ilu jmexxi l-Knisja għal 12-il sena, ilu min-nhar il-Ġimgħa rikoverat fl-Isptar ta’ Gemelli, f’Ruma, u fejn sal-lum sarulu t-testijiet u trattament neċessarju għall-bronkite.

Kien biss fl-aħħar sigħat li l-kelliema għas-Santa Sede tkellmu dwar ‘infezzjoni fin-nifs’ li tirrikjedi bidla fit-trattament għall-Papa li kien ilu jħoss l-effetti tal-bronkite għal diversi jiem qabel iddaħħal l-isptar. Intant l-aħħar rapporti mediċi indikaw sitwazzjoni li tesiġi biex il-Papa jdum aktar żmien rikoverat milli kien mistenni, oriġinarjament.

Iċ-ċirkustanzi  wasslu għal sitwazzjoni rari fejn il-Papa ma kienx f’sikktu biex jagħmel it-talba regolari ta’ nhar il-Ħadd fi Pjazza San Pietru. Madankollu, is-sitwazzjoni tiegħu qed tidher stabbli u meta hu għandu bżonn aktar ġranet ta’ mistrieħ.