Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Keir Starmer qal li hu lest li jibgħat truppi Ingliżi fl-Ukrajna sabiex ikun jista’ jiggarantixxi s-sigurta fil-pajjiż, dan bħala parti minn qbil għal paċi. Dan filwaqt li żied jgħid li l-paċi fl-Ukrajna hija essenzjali sabiex b’hekk Putin ma jkomplix javvanza bl-aggressjoni tiegħu fl-Ukrajna.
Il-Prim Ministru Keir qal dan qabel ma attenda summit urġenti mal-mexxejja Ewopej f’Pariġi, fejn sostna li hu mhux qed jgħid dan b’mod leġġer imma b’serjeta kbira, hekk kif jifhem li deċiżjoni bħal din tpoġġi ħafna responsabbiltá fuqu u periklu fuq dawk li joffru servizz fl-armata tar-Renju Unit.
//= $special ?>