Sport Sport Ieħor

Imħabbra l-finalisti tal-65 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali

Kienu evidenti l-mumenti ta’ tensjoni mħallta ma’ dawk ta’ ferħ u sodisfazzjon fost l-atleti lokali u l-uffiċjali sportivi waqt it-tħabbira tal-ħames finalisti tal-kategoriji prinċipali tal-65 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali, li saret nhar it-Tnejn filgħaxija.

It-tħabbir tal-finalisti saret fis-Sala taċ-Ċentinarju tal-Malta Football Association u s-semifinalisti kollha ngħataw ċertifikat ta’ tifkira.

Din iċ-ċerimonja, li kellha xandira diretta fuq l-istazzjon TVM Sports+ kif ukoll fil-midja soċjali, kienet indirizzata minn Clinton Buhagiar u Lorraine Cunningham, President u Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sport (GħĠS) rispettivament.

Il-65 edizzjoni tal-Għazliet Sportivi Nazzjonali li se ssir nhar is-Sibt l-1 ta’ Marzu se tkun imxandra dirett fuq TVMsport+ u l-midja soċjali tal-GħĠS u se tkun qed tippremja rebbieħa fi tnax-il kategorija apparti li għal darb’oħra se jkunu qed jiġu introdotti membri ġodda fil-Hall of Fame.

Bi pjaċir ninnutaw li waqt is-serata finali se jkollna 24 sport differenti rrappreżentat hekk kif għal din l-edizzjoni kellna nominazzjonijiet b’saħħithom minn ħafna assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet. Filwaqt li fil-kategoriji prinċipali l-vot huwa f’idejn il-ġurija esperta u hemm xi unuri li huma fid-diskrezzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports, dak tal-People’s Choice Award huwa totalment f’idejn il-pubbliku ġenerali li huwa mħeġġeġ jibgħat sms vojt fuq in-numri abbinati ma’ wieħed mill-għaxar finalisti.

L-Għaqda Ġurnalisti Sports tixtieq tirringrazzja lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, National Lottery, Atlas Insurance, Bank of Valletta, Enemed, Responsible Gaming Foundation, VisitMalta, Teamsport, SWEAT u Bolt għas-sostenn kontinwu tagħhom lejn l-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment annwali, kif ukoll lejn l-isport f’Malta.

IL-FINALISTI FIL-KATEGORIJA SPORTIV TAS-SENA

Neil Agius – Għawm Open Water

Norbert Attard – Darts

Brian Cini – Snooker

Lydan Debono – Blackball

Nico Sciberras – Sparar Trap

IL-FINALISTI KATEGORIJA SPORTIVA TAS-SENA

Michelle Bonnici Mallia – Brasilian Jiu Jitsu

Francesca Curmi – Tennis

Katryna Esposito – Judo

Sasha Gatt – Għawm

Tenishia Thornton – Weightlifting

FINALISTI KATEGORIJA ŻAGĦŻUGĦ TAS-SENA

Jake Castaldi – Pool

Jayden Cutajar – Water Polo

Kayden Laganà – Bowling

Nathan Mifsud – Weightlifting

Julian Scerri – Squash

FINALISTI KATEGORIJA ŻAGĦŻUGĦA TAS-SENA

Thyis Antonelli – Karate

Kim Camilleri Laganà – Weightlifting

Katrina Micallef – Ibburdjar

Michela Scerri – Taekwondo

Sophie St. John – Ġinnastika– Squash

IL-FINALISTI TAL-KATEGORIJA KOWĊ TAS-SENA

Jesmond Caruana – Weightlifting

Noel Cassar – Pool

Milan Ćirović – Water Polo

Noel Mercieca – Kickboxing

Clevion Micallef – Blackball

IL-FINALISTI KATEGORIJA UFFIĊJAL TAS-SENA

Terry Camilleri – Malta Billiards & Snooker Association

Vincent Degiorgio – Malta Pool Association

Philip Gatt – Malta Blackball Federation

Karl Izzo – Aquatic Sport Association

Bjorn Vassallo – Malta Football Association

IL-FINALISTI TIM TAS-SENA

Tim azzjonali tal-Irġiel tad-Doubles Masters ’il fuq minn 50 sena tal-Blackball kompost minn Chris Mills u Jesmond Schembri li ħadu sehem fil-Kampjonati tad-Dinja

Tim Nazzjonali tal-Irġiel tad-Doubles taħt il-ħmistax-il sena tal-Blackball kompost minn Jake Castaldi u Dielyn Edwards li ħadu sehem fil-Kampjonati tad-Dinja

Tim Nazzjonali tal-Irġiel taħt it-tmintax-il sena tal-Pool kompost minn Steve Muscat, Jake Castaldi, Denzel Falzon u Nick Muscat li ħadu sehem fil-Kampjonati tad-Dinja

Tim Nazzjonali tal-Irġiel tal-kbar tal-Water Polo li ħadu sehem fit-Tazza tad-Dinja Tieni Diviżjoni u l-Kampjonati Ewropej

Tim Nazzjonali mixed tal-Weightlifting kompost minn Tenishia Thornton u Rylee Borg li ħadu sehem fil-kampjonati tal-Konfederazzjoni tal-Unjoni Ewropea

IL-FINALISTI TAL-PEOPLE’S CHOICE AWARD

Neil Agius (Għawm Open Water) 5061 5031

Sam Cassar (Badminton) 5061 5032

Jake Castaldi (Pool) – 5061 5033

Gianluca Chetcuti (Sparar Trap) – 5061 5034

Brian Cini (Snooker) – 5061 5035

Bryan Corlett (Rugby Football Union) – 5061 5036

Rodney Gatt (Tiġrijiet taż-Żwiemel) – 5061 5037

Kayden Laganà (Bowling) – 5061 5038

Fabio Spiteri (Triathlon) – 5061 5039

Tenishia Thornton (Weightlifting) – 5061 5040

IL-FINALISTI TA’ SPORT FOR SOCIAL CHANGE AWARD

Fgura United Football Club – Richmond Foundation Football Festival & Football Marathon in aid of Puttinu Cares

Fondazzjoni Caritas – Caritas Run for Life

Ħamrun Ħanin – Autism Awareness Initiatives

Malta Triathlon Federation – Fabio Spiteri Ultra Endurance Initiatives

Move – Pump It programme of street sports

Il-65 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali qed issir bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, kif ukoll grazzi għall-isponsors li huma SWEAT, National Lottery, Atlas Insurance, Bank of Valletta, Enemed, Responsible Gaming Foundation, VisitMalta, L-Awtorità Maltija għall-Integrità fl-Isport (AIMS), Colourbars, Teamsport u Bolt.