Carlin Baldacchino ta’ 27 sena minn Ħaż Żabbar ammetta quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li prova jisraq minn ħanut tal-merċa f’Birkirkara. Huwa mifhum li meta sid il-ħanut irreżista, l-akkużat faqa flixkun tal-ħġieġ u beda jheddu bih. Irriżulta wkoll li Baldacchino ħareġ sikkina u beda jxejjirha fid-direzzjoni tal-vittma biex ibeżżu.
Il-Qorti nfurmat lill-prosekuzzjoni u d-difiża li s-sentenza se tingħata f’Marzu li ġej. Fuq qbil mad-difiża, il-prosekuzzjoni nsistit li Baldacchino jingħata piena fil-minimu iżda waħda effettiva. L-Avukat Giuliana Magro Conti li dehret f’isem l-Avukat Ġenerali rrakomandat ukoll li l-imputat jitpoġġa taħt ordni ta’ trattament.
Il-Qorti ddikjarat li sad-data tas-sentenza, l-akkużat se jinżamm fil-Faċilita’ Korretiva ta’ Kordin.Il-prosekuzzjoni tmexxiet ukoll mill-Ispettur Lydon Zammit u Stephen Gulia. L-Avukat tal-għajnuna legali Nadia Fiott dehret għal Baldacchino.
//= $special ?>