Jekk l-espert prinċipali Jeremy Harbinson ma jiġix Malta għal kontrieżami, id-difiża se tkun qed titlob l-isfilz tal-inkjesta maġisterjali. Dan għaliex il-provi tal-prosekuzzjoni mressqa quddiem il-Qorti huma kollha bbażati fuq ir-rapport ewlieni li ħejja Dr Harbinson fl-inkjesta.
Dan irrriżulta hekk kif quddiem quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana ssoktat il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tal-Eks Ministri Chris Fearne u Edward Scicluna akkużati li fost oħrajn wettqu frodi u ħasil ta’ flus b’rabta mal-konċessjoni għat-tmexxija tat-tliet sptarijiet.
B’mod separat wara dan il-każ, quddiem l-istess Maġistrat instema’ l-każ ta’ ta’ Ronald Mizzi, Joseph Rapa u Alfred Camilleri li huma mixlija b’akkużi simili u aktar tard fil-konfront tal-akkużat Bradley Gatt.
L-ewwel ma nstema’ kien il-każ ta’ Fearne u Scicluna. Fil-bidu tas-seduta, il-prosekuzzjoni talbet li l-awla tiġi żgumbra kemm għall-pubbliku kif ukoll għal midja minħabba li x-xhieda tal-Ispettur Anthony Rotin kienet dwar żviluppi u persuni godda li qed jiġu investigati b’rabta mal-każ.
Il-Qorti laqgħet it-talba tal-prosekuzzjoni u ordnat li s-seduta tinstema’ bil-magħluq. Sadanittant f’seduta apparti, kompliet tinstema’ l-istess kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Ronald Mizzi, Joseph Rapa u Alfred Camilleri.
Id-difiża mmexxija mill-avukati Franco Debono, Stefano Filertti u Franco Galea ddikjaraw li jekk l-espert Jeremy Harbinson ma jiġix għal kontrieżami, se tkun qed titlob l-isfilz tal-inkjesta maġisterjali. Dan għaliex il-provi tal-prosekuzzjoni mressqa quddiem il-Qorti huma kollha bbażati prattikament kollha fuq ir-rapport ewlieni li ħejja Harbinson fl-inkjesta.
L-Avukat Franco Debono qal li Harbinson qed jagħmel minn kollox biex ma jixhidx, u li hemm nies li għaddew minn trawni, grazzi ta’ dan kollu. Qal li d-difiża qed tgħix ukoll dawn it-trawmi ma’ Alfred Camilleri u mal-akkużati l-oħrajn.
Dr. Debono qal li d-difiża qagħdet fuq x’qalulha l-esperti u tenna li hu mhux qed jipponta lejn il-Maġistrat imma lejn Harbinson għax dan iddikjara li ma jridx jiġi Malta. Tenna li d-difiża għandha d-dritt li tagħmillu d-domandi.
Filwaqt li faħħar lill-AĠ li issa ħarġet l-artikli tal-każ, iżda tenna li hu jispera li “ma neħlux għax Harbinson jagħmilha diffiċli biex jiġi. Huwa faħħar ukoll lill-Qorti li għamlet seduti twal biex l-affarijiet jimxu. L-Avukat Franco Debono flimkien mal-Avukat Stefano Filletti qalu li l-AĠ għandha tirregola ruħha fuq il-pożizzjoni tal-esperti f’dawn il-proċeduri.
Dan għax il-każ tal-prosekuzzjoni huwa ppernjat fuq il-konklużjoinijiet tal-esperti, l-aktar Harbinson li wara li ħarġu l-arikoli huwa kkonfermat li l-Pulizija ma għamlet l-ebda investigazzjoni u li dawn straħu kompletament fuq l-esperti.
L-Avukat Franco Debono kkwota minn sentenza li kienet ġiet appellata fis-27 ta’ Lulju 2020. Meta wieħed mix-xehedx ma kienx preżenti għall-kontroeżami, bil-Maġistrat Joseph Mifsud kien illibera imputat minħabba li ma sarx il-kontroeżami ta’ xhud.
Dr. Debono qal li dan il-każ huwa aktar gravi għax il-każ idur kollu mal-espert Harbinson. Tkellem ukoll dwar l-importazna dwar ir-rwol tal-kontroeżami, li hija waħda mill-armi għad-difiża biex jivverfika hux qed jgħdi il-verità jew le.
Dan kollu jistħarreġ jekk dak li xehed għandux mis-sewwa, u msaħħa bil-provi għal dak li jkun qal. Dan ifisser smigħ xieraq. Jekk ma jixhedx, dan ikun ifisser leżjoni għad-drittijiet tal-akkużat. Id-difiża hawn saħqet li l-prosekuzzjoni għandha tirregola ruħha dwar dan, għax din żgur hija sitwazzjoni anomola u li qatt ma seħħet.
Il-prosekuzzjoni ma qablitx mat-teżi tad-difiża fejn saħqet li dan mhux relevanti għax il-każ għadu fi stadju tal-prosekuzzjoni. Tenniet li hi żgur li mhux se ċċaħħad id-drittijiet tal-impuatti. “Iva ħarġu l-artikoli, imma b’riżerva. F’dan l-istadju għadna ma għalaqniex il-provi”, qalet il-prosekuzzjoni.
L-Avukat Franco Debono qal li kien hemm għaġġla wisq biex jitressqu n-nies u reġa’ tenna li d-difiża se titlob l-isfilz jekk Harbinson ma jiġix jixhed. Qal li fi proċeduri separati l-espert assuma r-responsabbiltà tar-rapport u ddikjara bla tlaqliq li f’dawn il-proċeduri ma jridx jixhed. L-Avukat Stefano Filletti qal li mhux talli hekk, talli riira l-warrarnt tiegħu fl-Ingilterra.
Dawn il-fatti huma preokuzzjoni kbira għad-difiża’ għax kienet il-kelma tiegħu li tat bidu għal dawn l-akkużi u li issa qed jirtira mill-pożizzjoni tiegħu.
Sadanittant, għal Fearne u Scicluna qed jidhru assistiti mill-Avukat Stephan Tonna Lowell. Il-prosekuzzjoni mis-Supretendent Hubert Cini, l-Ispettur Wayne Borg u mill-Avukati Francesco G Refalo, Rebekah Spiteri u Shelby Aquilina.
//= $special ?>