Stħarriġ li sar fost żgħażagħ Ewropej ta’ bejn is-16 u t-30 sena wera kif il-midja soċjali tibqa’ s-sors ta’ informazzjoni preferut. U li l-maġġoranza tagħhom huma konxji mir-riskji ta’ miżinformazzjoni online.
Dan filwaqt li ż-żgħażagħ qed iħossu li ż-żieda fil-prezzijiet u l-għoli tal-ħajja huma ta’ tħassib kbir.
Is-survey juri li terz taż-żgħażagħ li pparteċipaw f’dan l-istarriġ tal-Eurobarometer, jemmnu li fil-ħames snin li ġejjin l-UE għandha tiffoka fuq l-ambjent u t-tibdil fil-klima filwaqt li 31% jemmnu li s-sitwazzjoni ekonomika u l-ħolqien tal-impjiegi għandhom ikunu prijorità.
Kważi tlieta minn kull għaxra jridu li l-UE tagħti prijorità lill-ħarsien soċjali u l-aċċess għall-kura tas-saħħa. Aktar minn wieħed minn kull ħamsa qalu li l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-housing u d-difiża u s-sigurtà tal-UE huma oqsma importanti.
Dwar dan l-istħarriġ, il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola qalet li “huwa kruċjali għall-politiċi, policy-makers u d-demokrazija Ewropea b’mod ġenerali li nisimgħu liż-żgħażagħ Ewropej u li nkunu nafu x’inhuma l-preokkupazzjonijiet tagħhom sabiex nindirizzaw l-isfidi msemmija f’kull deċiżjoni li nieħdu u f’kull liġi li ngħaddu.”
Mhi sorpriża xejn li minn dan l-istħarriġ ħareġ kif il-midja soċjali għelbet lit-televiżjoni bħala s-sors ta’ informazzjoni ewrlieni. Bl-aktar midja soċjali li ż-żgħażagħ jużaw preżentament huma Instagram u TikTok.
B’rabta ma’ dan, iż-żgħażagħ qalu wkoll li huma konxji li huma esposti għal miżinformazzjoni u aħbarijiet foloz li jistgħu jiġu xxerjati fuq dawn il-pjattaformi, b’differenza għal dak li jixxandar fuq it-televiżjoni.
//= $special ?>