Tal-inqas disa’ persuni tilfu ħajjithom fl-aħħar jiem wara li niżlet xita qawija fix-xlokk tal-Istati Uniti, b’riżultat li għerqu diversi toroq u djar.
Il-Gvernatur ta’ Kentucky Andy Beshear qal li tmien persuni kienu konfermati mejta f’dan l-istat; madanakollu ta x’jifhem li l-fatalitajiet jistgħu jkomplu jiżdiedu.
Barra minn hekk mijiet ta’ persuni spiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom, jew inkella maqbuda fil-karozzi tagħhom. Il-Gvernatur Bashear qal lir-residenti biex kemm jista’ ‘jkun ma joħorġux.
Id-disa’ vittma nstab f’Georgia – mejjet f’daru – wara li siġra nqalgħat mill-għeruq u waqgħet fuq id-dar tiegħu waqt li hu kien rieqed.
Matul il-jum tas-Sibt u l-Ħadd kien hemm twissijiet dwar il-maltemp fi tmien stati – u aktar minn nofs miljun persuna spiċċaw mingħajr provista tad-dawl.
//= $special ?>