Il-Viċi Sindku Laburista tal-Belt Valletta Alfred Zammit ħareġ qatta’ bla ħabel kontra s-Sindku Laburista Olaf McKay wara li ssejħet laqgħa b’urġenza – laqgħa li mistennija ssir illum.
Fuq Facebook, l-eks preżentatur tas-Super One kiteb li l-Kunsill jinsab f’sitwazzjoni ta’ paniku, tant li sejjaħ investigazzjoni mill-awtoritajiet.
“Inħoss li l-operat tal-Kunsill mhux business as usual. U għalhekk bi protesta mhux ser nattendi llejla l-Laqgha msejħa ‘urġenti’ nhar il-Ġimgħa fl-10 ta’ bil-lejl mis-Segretarja Eżekuttiva u s-Sindku biex tapprova l-finanzi tat-2024 f’paniku li jidher ċar. U għalhekk nistenna li l-awtoritajiet jinvestigaw”, kiteb Alfred Zammit.

Il-battibekki fil-Kunsill tal-Belt komplew jeskalaw wara li r-restawr tal-faċċata tal-Kolleġjata ta’ San Pawl baqa’ ma bediex. U kulħadd spiċċa jġib l-iskużi.
Dan il-proġett tant importanti għandu l-appoġġ sħiħ tal-kunsillieri kollha tal-PN fil-Belt Valletta.
Interessanti l-fatt kif il-Kunsill spiċċa sejjaħ laqgħa urġenti proprju fil-festa ta’ San Pawl (il-ġurnata meta intbagħtet l-email).
//= $special ?>