Lokali

‘Mużika Mużika’ se jsir fl-aħħar ta’ Marzu

Matul il-jum tat-Tnejn, tħabbret il-ħames edizzjoni ta’ ‘Mużika Mużika’; festival li se jkun qed jittella’ mill-27 sad-29 ta’ Marzu.

Dan tħabbar f’konferenza li saret fil-Belt Valletta, fejn id-Direttur Artistiku ta’ ‘Mużika Mużika’ Paul Abela, spjega l-għan u s-sinifikant ta’ dan il-festival għat-talent u lingwa Maltija.

Paul Abela spjega wkoll ma’ dan l-istazzjon il-format il-ġdid ta’ Mużika Mużika’ – fost l-oħrajn, meta jgħaddu għall-finali u anke l-votazzjoni.

Ir-rebbieħa tal-edizzjoni preċendenti ta’ ‘Mużika Mużika’ kienet Maxine Pace, li rebħet bil-kanzunetta ‘Mhux tal-Aħħar’.

U kuntrarju għas-snin ta’ qabel, fl-edizzjoni ta’ din is-sena se jkunu qegħdin jieħdu sehem 16-il artitst. Filwaqt li l-Ġimgħa filgħaxija se jkun hemm is-serata tradizzjonali ta’ kanzunetti klassiċi.

Barra minn hekk, il-Ħamis filgħaxija, il-votazzjoni se ssir biss għan-nies li se jkunu preżenti fiżikament fl-MFCC flimkien ma’ ġurija, waqt li s-Sibt se jkun hemm vot għall-pubbliku permezz ta’ SMS.