Lokali

Proġett ta’ BirdLife Malta jasal fi tmiemu b’viżjoni għal futur aktar inklussiv


Jintemm b’suċċess il-proġett ta’ BirdLife Malta’ ‘A Superpower to Defend Nature’, iffinanzjat minn Erasmus+. Din l-inizjattiva innovattiva, li bdiet f’Jannar 2023 u damet sal-aħħar ta’ Frar 2025, indirizzat nuqqas serju fl-edukazzjoni ambjentali barra mill-klassi, għal tfal b’diżabbiltajiet ta’ żvilupp u tagħlim.
It-tfal b’dawn it-tip ta’ diżabbiltajiet ħafna drabi jiltaqgħu ma’ ostakli li jxekklu l-parteċipazzjoni tagħhom f’attivitajiet fin-natura. Dawn l-isfidi ġejjin minn nuqqas ta’ riżorsi aċċessibbli, nuqqas ta’ taħriġ xieraq għall-edukaturi, jew minn l-idea żbaljata li dawn it-tfal ma jistgħux jieħdu sehem b’mod sħiħ fl-edukazzjoni ambjentali.

Dan il-proġett ħadem biex jegħleb dawn l-ostakli billi ħoloq riżorsi speċjalizzati li jippromwovu l-inklużjoni
l-ugwaljanza. Dan il-proġett kien ikkoordinat minn BirdLife Malta b’kollaborazzjoni ma’ sitt imsieħba internazzjonali.

Permezz ta’ esperjenzi b’rabta man-natura f’Malta, fil-Greċja, fl-Italja, u fi Spanja, il-proġett rawwem il-kunfidenza fit-tfal, kien ta’ ispirazzjoni għall-familji u ġab flimkien il-komunitajiet.
Il-proġett ipproduċa erba’ riżorsi:

  1. Manwal għall-edukaturi għat-tagħlim fuq barra – “Let’s make nature
    education more inclusive”: Linji gwida biex l-edukazzjoni barra mill-
    klassi tkun aktar aċċessibbli għal tfal bi bżonnijiet edukattivi speċjali
    (SEN).
  2. Manwal għall-għalliema – “Green Adventures”: Għodod għallgħalliema u Learning Support Educators (LSE) biex jorganizzaw
    attivitajiet edukattivi barra l-klassi fin-natura.
  3. Manwal għall-familji – “Beyond Cognitive Boundaries”: Ideat ta’
    attivitajiet biex il-familji jsaħħu r-rabta tagħhom mat-tfal u jiskopru lbenefiċċji tan-natura.
  4. Vidjo ta’ ispirazzjoni – “Together in Nature”: Stejjer li juru kif tfal
    b’SEN jistgħu jgawdu n-natura, jegħlbu l-isterjotipi u jispiraw prattiki
    aktar inklussivi.

Billi dan il-proġett ta s-setgħa lit-tfal ikunu aktar kunfidenti, kien ta ispirazzjoni lill-familji u l-edukaturi biex iħaddnu l-inklużjoni u qajjem kuxjenza dwar ir-rwol essenzjali li dawn it-tfal jistgħu jaqdu fil-ħarsien
ambjentali, tfassal il-pedament għal futur aktar inklussiv u sostenibbli.
It-tmiem tal-proġett ifisser il-bidu ta’ fażi ġdida biex il-proġett ikompli jħalli l-impatt mixtieq – tixrid usa’ tar-riżorsi u taħriġ għall-edukaturi.

Permezz ta’ dawn l-isforzi, ‘A Superpower to Defend Nature’ se jkompli jispira bidla u joħloq opportunitajiet għal kull tifel u tifla biex jingħaqdu man-natura, jikbru personalment u jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà