Ben Vella u Matthew Zammit rebħu l-kategorija rispettiva tagħhom hekk kif komplew is-sensiela ta’ ranking tournaments organizzati mill-Assoċjazzjoni Maltija tat-Table Tennis.
Ben Vella rebaħ il-kategorija ta’ taħt il-11-il sena meta fil-finali għeleb lil Gianni Garzia 3-0. Aktar qabel hu elimina lil Arina Ivanova 3-1 u lil Owen Tufigno 3-0.
Min-naħa tiegħu, Matthew Zammit kiseb suċċess fir-ranking tournament ta’ taħt il-15-il sena wara li fil-finali għeleb lil Danny Scicluna 3-0. Zammit kien ferm konsistenti fil-logħob tiegħu tant li lanqas tilef game waħda hekk kif rebaħ bl-iskor identiku ta’ 3-0 lil Sean Gatt, Emil Karapetyan u Timothy Chetcuti rispettivament.
//= $special ?>