Ir-Renju Unit u l-Ġermanja jinsabu preparati biex jibagħtu truppi għaż-żamma tal-paċi fl-Ukrajna.
Din l-aħbar waslet ftit sigħat biss qabel illum beda jitlaqqa’ summit importanti f’Pariġi – summit li fih il-mexxejja Ewropej se jiddiskutu l-gwerra fil-Lvant tal-Ewropa.
Fl-istess waqt, l-Istati Uniti għaddejin b’taħditiet mar-Russi fl-Arabja Sawdija sabiex jinstab xi forma ta’ qbil għat-tmiem ta’ din il-gwerra; għalkemm il-Gvern Ukren qed jinsisti li ma jistax ikun hemm taħditiet għall-paċi mingħajr l-involviment dirett ta’ Kiev.
Intant fl-aħħar sigħat, il-qawwiet Ukreni attakkaw ir-reġjun Russu ta’ Krasnodar. Dan hekk kif jidher li kien hemm diversi residenzi li ġarrbu ħsarat.
Din il-gwerra diġà ħalliet mas-46,000 vittma fost is-suldati Ukreni, u 390,000 sfaw feruti minn mindu bdiet l-invażjoni Russa.
//= $special ?>