Lokali

Tifla ta’ 3 snin tispiċċa l-Isptar wara ħabta kerha bejn trakk u karozza

Erba’ persuni ddaħħlu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kienu nvoluti f’ħabta bejn trakk u karozza fit-triq li mill-ajruport tagħti għal Ħal Far.

L-inċident seħħ fis-1pm qrib l-ispeed camera li hemm f’nofs din ir-rotta.

It-trakk u l-karozza kienu qed jinstaqu f’direzzjonijiet opposti.

Fuq quddiem tal-karozza kien hemm raġel ta’ 30 sena u mara ta’ 27 sena minn Wied il-Għajn. U fuq wara tal-karozza kien hemm tifla ta’ tliet snin.

It-trakk kien qed jinstaq minn raġel ta’ 44 sena minn Wied il-Għajn.

Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew biex il-persuni nħarġu mill-karozza u setgħu jingħataw l-ewwel għajnuna fuq il-post minn tim mediku.

L-erba’ persuni nvoluti ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura.