Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li nqalbet karozza fir-Rabat Għawdex

Żagħżugħ ta’ 21 sena jinsab l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jissielet għal ħajtu wara li kien involut f’inċident ikrah tat-traffiku fir-Rabat Għawdex.

Il-każ  seħħ għall-ħabta tas-12:45 pm, fi Triq Ġorġ Borg Olivier, meta għal xi raġuni vettura tal-għamla Kia Ceed misjuqa miż-żagħżugħ residenti l-Qala, Għawdex, inqalbet wara li ħabtet f’ħajt.

Fil-post issejjaħ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu.

Waslet ukoll ambulanza illi ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura.

Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji, u li jinsab fil-periklu tal-mewt. Il-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.