Il-gvern ma tax id-dettalji dwar kemm kien hemm riklami fuq il-PBS fil-Malta Eurovision li sar fl-aħħar ġimgħat u anke dwar kemm sewa l-festival.
Dan jirriżulta minn tweġiba parlamentari li ta l-Ministru Owen Bonnici għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Bernice Bonello. Il-Ministru Bonnici qal li ma kienx se jagħti l-informazzjoni mitluba għaliex, skont hu, din kienet informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
Il-Eurovision ta’ din is-sena kien mimli riklami tal-Gvern u ta’ awtoritajiet tal-Gvern li ħafna minnhom kienu forma ta’ propaganda għall-Gvern u riklami dwar inzjattivi li ħabbar fl-aħħar budget.
//= $special ?>