Il-Ministri f’Iżrael se jħallu preżenza ta’ truppi fil-Libanu bħala ‘garanzija’ għall-protezzjoni tal-komunitajiet tal-Iżraeljani man-naħa l-oħra tal-fruntiera.
Dan meta l-Iżraeljani rtiraw il-qawwiet mill-artijiet Lebaniżi tan-Nofsinar ħlief għal ħames zoni partikulari. Dan hu żvilupp li qanqal kritika peress li l-irtirar sħiħ tas-suldati hu parti integrali tal-ftehim li kkonkluda l-konflitt militari ta’ sena bejn Iżrael u l-milizji Lebaniżi Xiti tal-Ħeżbollah, li għandhom l-appoġġ tal-Iran.
It-tmexxija f’Bejrut qed tinsisti biex Iżrael jikkonkludi l-irtirar tal-militar minn pajjiżha mill-aktar fis u meta għandu jikkunsidra l-preżenza tas-suldati Iżraeljani fil-Libanu bħala ‘okkupazzjoni’.
Minbarra l-irtrar tal-Iżraeljani mil-Libanu, il-ftehim għall-waqfien mill-ġlied jesiġi biex l-armata Lebaniża tieħu l-kontroll fl-artijiet lejn in-Nofsinhar tax-Xmara Litani, li tinsab xi 30 kilometru ‘l bogħod minn Iżrael. Skont il-ftehim, l-armata regolari Lebaniża għandha tieħu post il-milizzji tal-Heżbollah fl-inħawi indikati.
//= $special ?>