Stanley Zammit, PN
Ix-Shadow Minister għall-Ippjanar u l-Artijiet Stanley Zammit qal fil-Parlament li l-prevenzjoni hi obbligu tal-awtoritajiet u sostna li l-gvern mhux qed jagħmel riformi biex isaħħaħ il-ġustizzja iżda qed jiddefendi lil ta’ madwaru; il-liġi għandha tkun pjattafroma għall-verità.
Stanley Zammit qal li omm Jean Paul Sofia u oħrajn iridu biss ġustizzja u biex dak li għaddew minnu huma ma jgħaddix ħaddieħor. Hu sostna li l-prijorità għandha tkun it-titjib tas-sistema u mhux li din tinħatt u titkisser. Il-ġustizzja veru mhijiex biss li jkun kastigat min jikser il-liġi iżda li jkun hemm funzjoni preventiva.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-burokrazija toħloq xkiel għall-mekkaniżmu investigattiv li jservi l-funzjoni preventiva. L-awtoritajiet pubbliċi għandhom il-prevenzjoni bħala prijorità u għalhekk il-kodiċi kriminali għandhom jipproteġu liċ-ċittadin permezz tal-prevenzjoni.
Stanley Zammit appella lill-gvern biex il-lista ta’ awtoirtajiet tkun sostanzjata b’verifiċi lill-awtoritajiet pubbliċi jieħdu azzjonijiet preventiva. Hu qal li din hi opportunità biex jingħalqu l-laguni fis-saħħa u s-sigurtà pubblika fosthom fil-bankini u l-ġonna. Il-miżuri tal-gvern se jaqtgħu qalb iċ-ċittadin biex imur bl-informazzjoni, sostna Stanley Zammit, li kompla li dan qed isir bi skop.
Id-deputat Nazzjonalista qal li ċ-ċittadin jista’ jistenna sena sħiħa sakemm tibda inkjesta bil-burokrazija li se jdaħħal il-gvern. Hu ppropona diversi proposti dwar kif l-inkjesti jistgħu jsiru iktar effiċjenti u mgħaġġla.
//= $special ?>