Imniedi b’mod uffiċjali l-istaġun 2025 tal-Formula 1 f’attività li saret fl-O2 Arena, f’Londra. Dan se jkun anniversarju speċjali għall-Formula 1 hekk kif se jkun l-75 anniversarju.
B’kollox se jkunu qed jikkompetu għaxar timijiet u 20 sewwieq fejn spikka s-sewwieq Ingliż Lewis Hamilton li dan l-istaġun se jkun qed jiddebutta ma’ Ferrari wara li ssieħeb magħhom mingħand Mercedes.
L-istaġun tal-Formula 1 se jkun qed jibda bejn l-14 u s-16 ta’ Marzu f’Melbourne, l-Awstralja.
//= $special ?>