Ir-Russja – fi żvilupp mill-aktar ironiku – indikat li mhix se topponi s-sħubija futura tal-Ukrajna fl-Unjoni Ewropea.
Madankollu, il-kelliema f’Moska mhumiex qed jistennew li l-iżvilupp iseħħ f’qasir żmien u meta l-Ungerija u s-Slovakkja (membri tal-UE bis-simpatiji ma’ Putin) kapaċi jwaqqfu jew ifixklu kwalunkwe proċess għal din is-sħubija storika.
Madankollu, is-suġġeriment li r-Russja mhix se twaqqaf ‘direttament’ lill-Ukrajna milli ssir parti mill-UE, hi anki ironika wara l-gwerra totali daqstant fit-tul fl-artijiet tal-Ukreni.
Dan ukoll meta s-sħubija tal-Ukrajna fl-UE – l-istess bħall-isħubija fin-NATO – jibqgħu tragwardi ewlenin għal Kiev minbarra li riflessjoni tal-alineament politiku tal-Ukreni mal-Punent.
Fl-istess ħin, jibqa’ l-fatt li l-kampanja ta’ aggressjoni li r-Russja ilha tmexxi kontra l-Ukrajna għal dawn l-aħħar 11-il sena dejjem kienet attentat ovvju minn Moska biex tiċħad lill-Ukreni minn din il-ħolma – kif ukoll mid-drittijiet tagħhom bħala poplu sovran.
//= $special ?>