Sport Waterpolo

L-ewwel rebħa għal Sliema, it-tieni rebħa għal Exiles u Ta’ Xbiex jirbħu bl-għoti tal-penalties

SLIEMA FRANK SALT……. 16

BIRŻEBBUĠA ASC…………. 6

(3-2), (4-0), (4-2), (5-2)

Sliema Frank Salt irkupraw mit-telfa tas-Sibt li għadda kontra Sirens. Huma żammew mal-aspettattiva biex għelbu lil Birżebbuġa f’logħba trankwilla. Is-Slimiżi qatt ma kienu fi żvantaġġ għalkemm fl-ewwel sessjoni Birżebbuġa offrew sfida denja.

It-tim ta’ Giannis Katrouzanakis indirizza l-logħba fit-tieni sessjoni b’erba’ gowls konsekuttivi fosthom doppjetta taż-żagħżugħ Sam Engerer għal vantaġġ ta’ 7-2. Il-vantaġġ kiber għal 10-2 fit-tielet sessjoni b’doppjetta ta’ Dino Zammit u gowl ta’ Elijah Schembri. B’sessjoni u nofs għat-tmiem, Birżebbuġa pruvaw jillimitaw id-danni u baqgħu jilagħbu sal-aħħar, iżda s-Slimiżi kkontrollaw kif xtaqu sat-tmiem.

Sliema: N. Grixti, E. Schembri (4), L. Galea, J. Gambin (1), J. Cassar (1), B. Cachia, D. Rizzo, J. Brownrigg (2), A. Galea (1), J. Chircop (1), D. Zammit (3), B. Busuttil, S. Engerer (3)

Birżebbuġa: M. Sladden, M. Aquilina (2), M. Cassar, J. Abdilla, J. Ciantar, S. Bezzina, M. Curmi, N. Saliba, D. Farrugia (1), M. Cutajar, M. Mannino (1), N. Bugelli (1), S. Livori, J. Saliba (1)

Referees: Alex de Raffaele, Neville Mercieca

OTTERS NIVEA………………. 7

TA’ XBIEX AMIGOS………… 7

(Ta’ Xbiex rebħu 3-1 bl-għoti tal-penalties)

(2-1), (2-1), (2-3), (1-2)

Ta’ Xbiex Amigos kisbu l-ewwel żewġ punti fl-Ewwel Diviżjoni b’rebħa kontra Otters Nivea li waslet permezz tal-għoti tal-penalties wara draw ta’ 7-7. Fl-ewwel parti tal-logħba, il-logħba kienet bilanċjata iżda Ta’ Xbiex qatt ma marru fil-vantaġġ.

Otters żammew żewġ gowls vantaġġ għal ammont ta’ ħin iżda l-gowl ta’ Jan Culic fl-aħħar tat-tielet sessjoni ta tama ġdida lil Ta’ Xbiex. L-istess Culic u gowl ta’ Luke Grech Carr taw vantaġġ għall-ewwel darba lil Ta’ Xbiex sakemm Thomas Camilleri ġab id-draw fl-aħħar minuta biex il-logħba kellha tkun deċiża bil-penalties. Hawn spikkaw Ta’ Xbiex li skorjaw tlieta mill-erba’ penalties u rebħu żewġ punti.

Otters: Z. Dzanovic, M. Bonnici (1), M. Soler (1), K. Micallef, M. Meli, D. Dimech, C.J. Saliba, N. Rizzo, T. Camilleri (2), V. Figliomeni (1), M. Farrugia, P. Tabone, D. Vella, S. Cutajar (2)

Ta’ Xbiex: T. Schembri, J. Farrugia, A. Camenzuli, L. Grech Carr (1), A. Formosa, C. Busuttil, F. Scardino, J. Zammit, N. Bonavia (2), J. Culic (3), Z. Bartolo, T.J. Mifsud, A. Theuma, S. Van Wyk (1)

Referees: Ronnie Spiteri, Luke Galea

MARSAXLOKK MFF……….. 3

EXILES WELBEE’S………….. 10

(1-5), (0-0), (1-4), (1-1)

Exiles Welbee’s kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva. Huma ftit sabu diffikultà biex għelbu lil Marsaxlokk MFF 10-3. Id-differenza prinċipali seħħet fl-ewwel sessjoni b’Exiles bnew vantaġġ ta’ 5-1 wara li Russel Spiteri kien wieġeb parzjalment għall-gowl inizjali ta’ Mark Fenech.

Minkejja li fit-tieni sessjoni ma ġie skorjat l-ebda gowl, ir-rimonta ta’ Marsaxlokk qatt ma dehret li setgħet isseħħ u Exiles reġgħu skorjaw erba’ gowls konsekuttivi biex kabbru l-vantaġġ għal 9-2. Huma komplew jikkontrollaw sat-tmiem għal rebħa komda.

Marsaxlokk: M. Farrugia, A. Buhagiar, A. Aquilina, K. Dowling, L. Montebello Brownrigg (1), R. Spiteri (2), J. Pawley, Z. Schranz, B. Schranz, J. Cauchi, Z. Cutajar Licari, M. Brimmer

Exiles: A. Borg Cole, T. Agius (2), Z. Micallef, D. Pace Lupi, M. Martellacci (1), G. Gatt (1), M. Fenech (1), K. Griscti (2), L. Hyzler (1), K. Tanti (1), M. Paris Roding, L. Felice (1), G. Galea Curmi, M. Naudi

Referees: Massimo Angileri, Debbie Tully

Kif Jinsabu

Kampjonat Premier

LRDTFKPti
Sliema210122133
Neptunes110021123
San Ġiljan11001593
Sirens1100763
Valletta100112210
Birżebbuġa200215310
* 2 punti għar-rebbieħ u punt għat-tellief jekk logħba tintemm draw u tiġi deċiża bil-penalties

L-Ewwel Diviżjoni

LRDTFKPti
Exiles22002796
Otters211020124
Marsaxlokk210113183
Ta’ Xbiex201113242
Marsaskala10018100
Barracudas10015130
* 2 punti għar-rebbieħ u punt għat-tellief jekk logħba tintemm draw u tiġi deċiża bil-penalties

Logħob li jmiss

L-Erbgħa 19 ta’ Frar

L-Ewwel Diviżjoni: Barracudas v Marsaskala 6.00pm

Kampjonat Premier: Valletta v San Ġiljan 7.10pm, Sirens v Neptunes 8.20pm