Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo qal li l-għan huwa li l-2025 tkun waħda memorabbli għall-futbol Malti. Hu għamel din l-istqarrija f’konferenza tal-aħbarijiet li saret fis-Centenary Hall.
Vassallo kien akkumpanjat mill-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Emilio De Leo u l-kowċ tat-tim nazzjonali tan-nisa Manuela Tesse. It-tim nazzjonali tal-irġiel din is-sena se jkun impenjat li jtejjeb ir-riżultati tiegħu fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej filwaqt li t-tim tan-nisa se jkun qed jittama li jikseb il-promozzjoni għal-League B tal-UEFA Nations League.
Il-President tal-MFA kkonferma wkoll li l-plejers James Carragher li jilgħab ma’ Wigan fl-Ingilterra, u Ilyas Chouaref li jilgħab ma’ FC Sion fl-Iżvizzera, issa jistgħu jilagħbu għat-tim nazzjonali Malti.
//= $special ?>