Il-plejer b’dixxendenza Maltija tal-NFL Louis Rees-Zammit reġa’ kkonferma l-futur tiegħu ma’ Jacksonville Jaguars. Zammit, li fil-passat kien jilgħab ir-Rugby u anke rrapreżenta lil Wales f’livell internazzjonali, għażel li jibdel l-isport u jibda l-NFL.
Rees-Zammit se jkun qed jikkompeti ma’ 90 plejer ieħor sabiex f’Settembru li ġej ikun wieħed minn 53 plejer li se jiffurmaw l-iskwadra ta’ Jacksonville Jaguars.
Ir-rabta ta’ Zammit ma’ pajjiżna hija permezz ta’ nannuh li huwa Malti. Ħu Louis Rees-Zammit, Taylor, irrappreżenta lil Malta fit-tim tar-Rugby Union.
//= $special ?>