It-Tnejn għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Far, f’Ħal Luqa, bejn karozza u trakk.
Ġie rrappurtat li s-sewwieq tal-karozza li għandu ta’ 30 sena, sofra ġrieħi ħfief, filwaqt li l-passiġiera ta’ 27 sena sofriet ġrieħi gravi. Iżda l-kundizzjoni tat-tifla ta’ 3 snin, li wkoll kienet passiġġiera fil-karozza, għadha mhix magħrufa.
Ir-raġel ta’ 44 sena li kien qed isuq it-trakk sofra biss minn xokk qawwi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>