Futbol Sport

Milan eliminati u Bayern Munich javvanzaw b’gowl lejn it-tmiem

(Ritratt: EPA)

Milan kienu eliminati mill-UEFA Champions League wara li fit-tieni leg tal-play-offs temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Feyenoord wara li fl-ewwel leg tilfu bl-iskor ta’ 1-0. Milan fetħu l-iskor wara biss minuta permezz tal-eks tal-partita Santiago Gimenez. Milan sfaw jilagħbu bi plejer anqas fil-51 minuta meta tkeċċa Theo Hernandez. Sussegwentament, Feyenoord ġabu l-iskor indaqs fit-73 minuta permezz ta’ Julian Carranza.

Bayern Munich avvanzaw b’gowl fl-aħħar sekondi tal-partita meta salvaw draw ta’ 1-1 kontra Celtic. Fl-ewwel leg Bayern kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1. Nicola Kuhn poġġa lil Celtic fil-vantaġġ fit-63 minuta. Bil-partita tidher destinata għall-ħin barrani, kien gowl lejn it-tmiem ta’ Alphonso Davies li aċċerta minn kwalifikazzjoni għat-tim Ġermaniż.

Rebħa ta’ 3-1 f’Bergamo għal Club Brugge fissret ukoll kwalifikazzjoni għal mal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League fejn avvanzaw b’aggregate ta’ 5-2. Tliet gowl fl-ewwel taqsima permezz ta’ doppjetta ta’ Chemsdine Talbi u Ferran Jutgla poġġew f’vantaġġ komdu lil Club Brugge, b’Atalanta jippruvaw iwettqu reazzjoni fit-tieni taqsima b’gowl ta’ Ademola Lookman, bl-istess plejer ftit tal-ħin wara jfalli penalty.

Draw ta’ 3-3 bejn Benfica u Monaco fisser li Benfica kkwalifikaw għall-fażi li jmiss b’aggregate ta’ 4-3. Benfica marru fil-vantaġġ permezz ta’ Kerem Akturkoglu. Golws ta’ Takumi Minamino u Eliesse Ben Seghir dawru l-iskor favur Monaco. Benfica ġabu l-iskor indaqs b’penalty ta’ Vangelis Pavlidis. George Ilenikhena reġa’ poġġa lil Monaco fil-vantaġġ qabel ma’ sitt minuti mit-tmiem Orkun Kokcu skorjaw il-gowl ta’ kwalifikazzjoni għal Benfica.