Fi PROFILI tal-lejla fuq Net TV se nkunu qed niltaqgħu ma’ Rita Camilleri. Bosta jaraw lil Rita fuq il-palk jew f’xi drama tat-televiżjoni, iżda bħal dejjem il-programm PROFILI se jkun qed jesebixxi lil din l-attriċi minn dimensjoni differenti.
Rita Camilleri hija l-ewwel personaġġ femminili ta’ PROFILI matul dan l-istaġun u magħna se tkun qiegħda taqsam l-esperjenzi sbieħ fl-oqsma li tagħmel parti, it-tfulija u l-aħħar xogħlijiet fuq il-palk.
“Mur obsor li l-istorbju li konna qed nagħmlu kien se jressaq lir-raġel futur tiegħi lejja”.
L-esperjenzi tal-ħajja ta’ Rita Camilleri se jġibu tbissima fuq fommna, iżda wkoll permezz tar-rakkont ta’ dawn l-esperjenzi, l-udjenza ta’ PROFILI żgur se tkun qed titgħallem mill-elementi sbieħ tal-karattru li se nkunu qed nospitaw fil-programm.

PROFILI, illejla fit-8.30pm fuq NET TV, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, dan filwaqt li għall-ewwel serata, il-muntaġġ tal-lejla huwa ta’ Gail Mallia.
Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.
