Futbol Sport

Tintlagħab l-ewwel partita fl-istadium il-ġdid ta’ Everton f’Bramley-Moore Dock

(Ritratt: EPA)

Intlagħbet l-ewwel partita minn sensiela ta’ tlieta li huma skeda jintlagħbu sal-aħħar tal-istaġun fl-istadium il-ġdid ta’ Everton fi Bramley-Moore Dock, it-Tnejn filgħaxija.

Il-partita kienet partita ta’ ħbiberija bejn it-tim ta’ taħt it-18-il sena ta’ Everton u t-tim ta’ taħt it-18-il sena ta’ Wigan. Għal din l-ewwel partita li kienet qed isservi bħala test, attendew 10,000 partitarju.

Dan l-istadium ilu erba’ snin jinbena u sewa £750 miljun, bit-tim ta’ Everton mistenni jilgħab l-ewwel partita tiegħu fl-istaġun 2025-2026.