Inħarġu f’Malta u Għawdex 16-il liċenzja għall-faċilitajiet għall-kultivazzjoni tal-kannabis għad-distribuzzjoni mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis
Il-Prim Ministru stess ikkonferma dan fil-Parlament fi tweġiba li lid-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit li din id-darba ngħata tweġoba wara li reġa’ staqsa biex tingħata informazzjoni dwar kemm diġà ħarġu permessi għall-faċilitajiet għall-kultivazzjoni tal-kannabis għad-distribuzzjoni mill-assoċjazzjonijiet relatati, maqsuma lokalità b’lokalità.
Il-Prim Minisrtru Robert Abela qal li l-Awotrità msemmija ħarġet 16-il liċenzja.
Rigward is-siti ta’ kultivazzjoni tfisser li dawn iridu jkunu koperti b’permess tal-Awtorità tal-Ippjanar fi Klassi 5 (Manifatturi fuq livell Industrijali) jew Klassi 7 (Agrikoltura Intensiva).
Il-PN fil-Parlamet kien voċiferu kontra din il-liġi u bl-ebda mod ma kien favur, bħalma kienu esprimew diversi organizzazzjonijiet, li jkiun hemm faċilitajiet għall-kultivazzjoni tal-kannabis.
//= $special ?>