Fl-aħħar ta’ Diċembru 2023, kien hemm 277 persuna fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li kienu qed jistennew li l-każ tagħhom jiġi deċiż u l-proċess determinat waqt li kienu fil-Faċilità.
Dan jirriżulta minn tweġiba li ta l-Ministru Byron Camilleri għal mistoqsija parlamentari tad-Depuat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici. Jirriżulta wkoll li fl-aħħar ta’ Diċembru 2023 kien hemm 395-il persuna li huma sentenzjati u qed jiskontaw il-piena tagħhom fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
//= $special ?>