Il- Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva ma ta xejn informazzjoni dwar kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija għal hip replacement u kemm hemm għal knee replacement. Lanqas ma lisssen kelma waħda dwar kemm ilha l-aktar talba ta’ stennija.
Il-Ministru Jo Eienne Abela qal biss fil-Parlament li l-informazzjoni qed tinġabar. Il-mistoqsija dwar il-lista ta’ stennija għal hip replacement u għal knee replacement saret mid-deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg.
Din il-lista ta’ stennija hi konferma oħra ċara tal-kriżi li jinsab fiha l-Isptar Mater Dei u li dwarha ilu jisħaq il-PN.
//= $special ?>