Lokali

Ħaddiem isofri ġrieħi gravi f’Għawdex

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-11:30am il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn assistenza f’garaxx fi Triq l-Isqof M.F. Buttigieg, in-Nadur.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li ħaddiem ta’ 47 sena u residenti n-Nadur, sofra xi ġrieħi waqt li kien qed juża makkinarju li jaqta’ l-injam.

Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-għajnuna u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.