Graziella Attard Previ, PN
Ix-Shadow Minister għall-Ugwaljanza, il-Libertajiet Ċivili u d-Drittijiet tat-Tfal Graziella Attard Previ qalet fil-Parlament li d-deputati Laburisti se jergħu jivvutaw favur liġi infami dwar l-inkjesti kif għamlu fil-passat fuq liġijiet oħra li kisru d-drittijiet taċ-ċittadini.
Graziella Attard Previ qalet li din hi liġi li qed tnaqqar id-drittijiet tal-poplu kif għamlu gvernijiet Laburisti fis-snin tmenin bil-liġi tal-indħil barrani.
Il-poplu hu rrabbjat għal din il-liġi għaliex jemmen fil-valuri Ewropej mhux biss għall-benefiċċji ekonomiċi iżda wkoll għaliex emmen li bis-sħubija se ssir qabża fil-kwalità fid-demokrazija u fis-saltna tad-dritt.
Il-Gvern Laburista qed jieħu lill-pajjiż eqreb lejn pajjiżi totalitarji u reġimi li jkasbru d-drittijiet tal-bniedem biex jipproteġu klikek li ħatfu l-poter.
Gvern Laburista wettaq att infinit ta’ skandli li oriġinaw minn Kastilja, f’ministeri, kontijiet sigrieti fil-Panama, sfreġju ambjentali u ġurnalista li nqatlet.
Id-deputati Laburisti jew kienu involuti f’dawn l-inskaldu jew siktu waqt li vvutaw fil-Parlament biex nies bħal Konrad Mizzi u Keith Schembri jkunu protetti. Issa dawn se jivvotaw favur din il-liġi infami dwar l-inkjesti. Dawn huma l-istess nies li qatt ma wrew sogħba li vvutaw favur Konrad Mizzi u li kienu kontra inkjesta dwar l-Electrogas.
Dawn huma l-istess nies li baqgħu jappoġġjaw lil Joseph Muscat iżda li jattakkaw lil kull min jikkritika lill-gvern, mill-imħalfin emeriti sal-Arċisqof. Din hi mentalità faxxista, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li d-deputati Laburisti m’għamlu xejn meta nsterqu €400 miljun fl-iskandlu tal-isptarijiet.
Graziella Attard Pevi kompliet li l-gvern qed idaħħal din il-liġi għax għandu x’jaħbi. Hi spjegat kif il-gvern qed idaħħal din il-liġi b’lura u bl-għaġġla iżda m’għamilx l-istess f’liġijiet oħra dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-kwalità tal-ħajja.
//= $special ?>