Il-Parata tal-baned fil-Ħamrun se terġa tkun magħna. Wara s-suċċess ta’ sena wara l-oħra se jerġa jirritorna l-Karnival fil-Ħamrun, jew kif inhu magħruf aħjar l-Parata tal-Baned, nhar il-Ħadd 23 ta’ Frar 2025 mid-9.30pm’il quddiem.
Għal darba oħra il-Ħamrun se jkun imżewwaq b’ħafna kuluri, mużika minn mużiċisti li bla dubju se jkunu
qed inferħu u jallegraw lil dawk kolla li se jattendu. Il-Parata tal-Baned hija meqjusa bħala opportunita’ unika fejn it-tlett baned tal-Ħamrun, dik ta’ San Gejtanu, ta’ San Ġużepp u tal-Immakulata Kunċizzjoni se jkunu qed idoqqu flimkien f’attività waħda, u dan flimkien mal-Banda Żejtun li se tkun qed tipparteċipa
għal darba oħra fil-Karnival ta’ Malta.
Il-Karnival fil-Ħamrun se jkun qed jiftaħ b’mod uffiċjali l-Karnival Malti 2025 fejn bla dubju din is-sena se jkun qed iressaq lejn il-Ħamrun aktar nies, fejn propju waqt din l-attivita se tibda uffiċjalment il kompetizzjoni taż-żfin, apparti dik tal-Karrijiet ta’ Sezzjoni D. Flimkien ma’ Festivals Malta u l-Ministeru għall-Kultura, l-Arti u l-Gvern Lokali, il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun se jkun qed iwassal xalata ta divertiment, kuluri, bis-sehem ta’karrijiet, maskaruni, diversi kumpaniji tas-żfin, baned u ħafna divertiment.
Għalhekk nhar il-Ħadd 23 ta’ Frar 2025 bejn id-9.30 u s-2.30pm, kulħadd għal Ħamrun għall-ftuħ uffiċjali tal-Karnival ta’ Malta 2025. Il-Kunsill Lokali Ħamrun, organizzaturi tal-Karnival fil-Ħamrun se jkunu qed joffru parkeġġ bla ħlas fi tlett skejjel prinċipali fil-Ħamrun. Fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca (Ex Liceo u Ex Marija Reġina) u fil-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli (Ex Maria Assumpta).