Ambjent Lokali

IL-KRIŻI TAD-DRENAĠĠ: Tappieri jfuru u ntiena kbira tul ix-Xatt ta’ Tas-Sliema

Il-kriżi tad-drenaġġ tkompli tgħolli rasha, hekk kif dalgħodu f’Tas-Sliema reġa’ kien hemm żbroff ieħor.

Diversi residenti u nies li jmexxu negozji tul ix-Xatt, irrappurtaw intiena kbira u sitwazzjoni fejn il-front spiċċa mgħarraq bid-drenaġġ.

Filmati u ritratti meħuda minn Net News juru li l-parkeġġ tal-ferries spiċċa miksi kollu drenaġġ. Dan filwaqt li tal-ħwienet qalulna li ma jistgħux jaħdmu bir-riħa “insapportabbli”.