Lokali

Indjan fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar 3 sulari

Indjan ta’ 28 sena residenti f’lukanda f’San Pawl il-Baħar, qed jissielet għall-ħajtu wara li waqa’ madwar tliet sulari minn gallarija.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li żagħżugħ Indjan kien qed joqgħod f’lukanda fi Triq ir-Ramel, San Pawl il-Baħar, meta għal xi raġuni waqa’ tliet sulari minn gallarija, għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija tat-Tlieta.

Minnufieh ġew imsejħa l-Pulizija, tim mediku u ambulanza mill-Isptar Mater Dei fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.