Il-Ministru għat-Trasport Chris Bonnet ammetta fil-Parlament li kawża tax-xogħlijiet fit-toroq li qed isiru fl-Imsida, u kontra l-pariri li ngħataw minn ħafna inkluż mill-Kunsill tal-Imsida, minn San Ġwann qed jgħaddi influss ta’ traffiku.
Fi Triq Bella Vista f’San Ġwann ġew temporanjament imwaqqfa xogħlijiet li kellhom isiru peress li din it-triq qed tintuża bħala devjazzjoni prinċipali, u skont il-Ministru Laburista stess, dan kemm minħabba l-proġett tal-Imsida, kif ukoll minħabba proġett ieħor li ser jibda f’San Ġwann stess.
Meta wieġeb mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg, intqal li għaldaqstant mhux qed isiru x-xogħlijiet bħalissa, minħabba l-influss ta’ karozzi li qed jużaw din id-devjazzjoni bħala triq alternattiva.
//= $special ?>