Ix-Shadow Minister għall-Enerġija Ryan Callus f’diskors waqt konferenza li ġiet organizzata mill-aġenzija ‘Non-Conventional Water Resources for Water Resilience’, tkellem dwar il-vantaġġi u l-żvantaġġi ta’ pajjiżna rigward ir-riġenerazzjoni tal-ilma.
F’din il-konferenza li saret fil-lukanda The Palace Hotel, f’Tas- Sliema, hu sostna li għandna r-riżorsi sabiex l-ilma baħar nużawh ukoll b’mod rikreattiv – però fl-istess ħin minħabba li Malta hija gżira żgħira b’limitazzjonijiet kbar ir-riġenerazzjoni tal-ilma hija ferm aktar diffiċli li sseħħ.
Ryan Callus tkellem ukoll fuq l-importanza li l-użu tal-ilma jsir b’mod responsabbli, anke minħabba n-nuqqa ta’ xita li jkollna f’pajjiżna. Hu elenka wkoll l-importanza li nibżgħu għall-ambjent ta’ madwarna sabiex il-bdil fil-klima ma jibqax jaffettwa ħażin l-elementi ambjentali.
Hu għalaq billi sostna li rridu nkunu kuraġġużi u nemmnu li l-ostakli ta’ pajjiżna ndawruhom f’opportunitajiet.
//= $special ?>