Għajnejn id-dinja jinsabu fuq il-Papa Franġisku hekk kif il-Kap tal-Knisja Kattolika għadu taħt osservazzjoni fl-isptar wara każ serju ta’ bronkite.
Dalgħodu, il-Papa qam trankwill u kiel. Iżda xorta hemm tħassib kbir dwar il-kundizzjoni ta’ saħħtu.
Il-Papa Franġisku ilu sitt ijiem rikoverat fl-isptar Gemelli ta’ Ruma.
Kelliem għall-Vatikan qal li l-Kap tal-Knisja Kattolika jinsab seren, u qed jipprepara biex ikun lura f’saħħtu għaċ-ċelebrazzjonijiet marbutin mal-Għid il-Kbir. Iżda dan kollu jiddependi fuq jekk jirreġistrax progress.
//= $special ?>